Home

Mela skond hafna, Gianella ghamlet wahda kbira – iwa ta’, taghat kiss lil ex-Fathers il-mahmugin fil-Qorti….

Tafu x’ missha ghamlet?  Missha taghthom xebgha takkuna jew inkella qarsithom ‘hemm taht’, jew le missha qabdet ic-curkett bid-djamanti u barxitilhom il-habba t’ ghajnejhom….ajma xi kultant ma nafx f’ dan il-Pajjiz….!

Jien qed nassumi biss – imma ma nahsibx li l-ex-Fathers bisithom ghax thobbhom u biex tghidilhom prosit u ‘keep it up’ – imma wara xkora snin tahdem maghhom xi forma ta’ rapport ikun inholoq…

Dawn ghamlu hazin, dawn haqqhom il-piena kollha li nghataw u forsi aktar – imma li tiekolna qalbna minhabba l-bewsa ta’ Gianella, hemmhekk ghandi problema….

L-inkwiet tieghi huwa li ghal darb’ ohra f’ dan id-daqsxejn Pajjiz mghattan bl-idjosinkraziji qed nithawwdu l-insinjifikanti mal-importanti

Tajjeb li nistaqsu:

  • Ghaliex il-Knisja damet daqstant biex temmen dak li gara?
  • Ghaliex dawn il-vittmi kellhom jistennew il-Papa biex imbaghad titharrek il-Knisja f’ Malta?
  • X’ interess jibqa’  jkollha l-Knisja tahbi dawn l-atti?
  • X’ toghma halla dan kollu fuq il-Knisja?
  • X’ seta ghamel ahjar Mons Cremona?
  • Kif inbiddlu l-istituzzjonijiet tat-tfal?
  • Dawn il-kazijiet x’ impatt hallew fuq ix-xoghol tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl?
  • Il-komuitajiet taghna ghad ghandhom interess li jkunu vigilanti fuq dak li qed jigri fil-komuitajiet taghhom?

__________________________________________________________________________________________

Dawn t’ hawn isfel huma ritratti tad-dar tal-Marfa fejn saru uhud mill-atti….issa mitluq, abbandunat.  Min jaf kemm mort hemm mal-Gizwiti fis-sajf, nilghabu, nghum u naghmlu BBQs fil-bitha fejn saru dawn l-atti vili ma’ tfal ohra li ma kellhomx genituri u familja li tiehu hsiebhom u tipprotegihom.  Inhossi guilty wisq li fejn baghtew dawn it-tfal – kien il-genna ghalija u ghal hafna tfal privileggjati…dan is-simbolu inti u sejjer lejn ic-Cirkewwa ghandu jkun il-monument ta’ dawn it-tfal u zghazagh li tilfu zghurithom.

____________________________________________________________________________________________________

Jekk nafu b’ kazijiet bhal dawn li qed jigru f’ Pajjizna (mhux biss minn nies tal-Knisja) u ma nitkellmux u nghalqu halqna ahna hatja daqs l-ex-Fathers….

21 thoughts on “Gianella u l-Bews

  1. Nghiduha kif inhi, l-Knisja Kattolika ghamlet hafna gid. Imma kien hemm drabi fejn il-Knisja wettqet il-hsara, fejn bosta drabi gie mwettaq (suppost) ghan-nom t’Alla – li hu MHABBA, jew almenu hekk jippriedkaw!!! Hi tassew vilta’ u nuqqas ta’ silsla li l-Knisja tipprova tahbi, timminimizza jew b’mod jew iehor tghawweg il-fatti meta xi membri tal-kleru ghamlu xi tbazwira minn taghhom, specjalment fejn tidhol pedofelija. Biex nigu f’dan, jidher car li bosta membri tal-kleru qas jafu l-bibbja: Fil-fatt, Kristu stess tenna li min jikkorrompi t-tfal missu jaqbad l-ikbar hagra tat-thin, jorbotha m’ghonqu u jintefa’ l-bahar!!! X’kuntrast hux, specjalment meta tqis li Gesu ma ddejjaqx jitkellem il-fatti kif inhuma u spicca mdendell fuq salib minghajr htija filwaqt li certi membri tal-kleru ghandhom demm l-innocenti ma’ jdejhom u, vilment, jipprovaw jghattu x-xemx bl-gharbiel jekk mhux jipprovaw jiggustifikaw ghemilhom!!…

    U xi nghidu ghad-dizonorabbli qrati li ghandna? Madoffi x’textix u tferfir tara lil Giannella tbus lil Dun P****!!! Jew x’ghaxqa li tispicca tibla’ xi multa ghax ma’ tkunx liebes sew il-qorti filwaqt li minkejja li hemm evidenza bizzejjed li inti hati li ghamilt reat xorta tghaddiha franka minhabba “zball” minuri fejn jidhol id-deskrizzjoni ta’ fejn sehh ir-reat!! Vera kaz ta’ tqalliegh ta’ l-istonku: Nahseb li certu nies hemm gew ghadhom ma semghux bil-frazi,”JUSTICE DELAYED IS JUSTICE DENIED”!!

    Bil-mod kif dal-pajjiz qed jitmexxa, nahseb li wasal iz-zmien li nbiddlu l-bandiera Maltija u nassikurak li kulhadd jghir ghalina: Minflok il-bandiera li ghandna issa missna naghmlu wahda b’wicc ta’ Mickey Mouse, u madwar rasu ikun hemm il-kliem: Pajjiz x’ala l-banana: Flimkien, kull tbazwir possibbi!!! …

    Like

  2. Prosit tassew….l-affarijiet li jigru fdin l-art helwa?? jew morra??…..ma jitwemmnux. Ghalfejn tahseb li fl-iskejjel tal knisja

    mghadhomx jzommu ‘boarders’? Ilu hafna kont qrajt x’kien issir l-Irlanda. Ittella l-istonku. U il hajja tkompli Mr. Azzopardi.

    Like

  3. Bla kument………imma terga u tghid li meta konna zghar u kont tmur tghid xi haga lil missierek dwar dak il qassis jew l iehor……..bhal ma kienux jemmnuk jew ‘x’wahda din!!’……….u ma ahniex nsemmu daqqiet bil harta li kien wiehed jaqla minghand certu qassisin ghax sempliciment tkellem lill hadd hdejk jew iddawwar rase fil knisja ghax CPLAAAHH!!! …go rasek.

    Like

  4. @Michael Debattista and g.sciberras

    Nahseb li qed inhallu naqra l-immaginazzjoni bina. Hadd qatt ma jista’ jichad li dawn iz-zewg persuni – wiehed minnhom ex-sacerdot – ma zbaljawx bil-kbir f’li ghamlu. U jridu jhallsu tal-izball – kemm mill-gustizzja kif ukoll il-konsekwenzi naturali li ggib maghha imgieba bhal din, per ezempju l-istmerrija tal-pubbliku. Imma hemm ftit x’jifred bejn ix-xewqa ghall-gustizzja u l-kilba ghat-tpattija. Irid ikun mohh u kuxjenza ffurmati sew biex jaghraf sew beiniethom. Ma rridux inhallu l-emozzjonijiet imexxuna.

    Mill-banda l-ohra ma nistghux nghidu li kull haga li ghandha x’taqsam mal-Knisja hi hazina gha hawn xi erbgha individwi li zbaljaw. Hawn hafna genituei li jahqru lil uliedhom u jabuzaw minnhom fuq diversi livelli. Allura l-genituri kollha hziena? Ejja ma nghidux hafna hmerijiet. Inzommu l-kwota odjerna u naghmlu l-almu taghna biex ma naqbzuhiex.

    L-iskejjel tal-Knisja m’ghadhomx izommu boarders, fost l-ohrajn, ghax inbidlu kemm l-istil ta’ hajja kif ukoll certi principji fl-edukazzjoni. San Alwigi, per ezempju, (l-iskola fejn kont jien u fejn kien ukoll Andrew Azzopardi – u niftakru meta kien l-istar athelete tal-Loyola) in illo tempore kienet boarder. Minkejja hafna qlajjiet u hrejjef fuq diversi brothers u patrijiet qatt ma naf li xi hadd ressaq jew semma xi kaz ta’ abbuz sesswali. Fiz-zmien meta kont hemm (1983-1992; ghax ghamilt is-6th form hemm ukoll) veru kien hemm xi erbgha individwi kellhom idhom hafifa, imma dak iz-zmien kienu jharsu lejn is-swat b’mod differenti mil-lum. U da hadd qatt ma mar id-dar b’rasu miftuha ktieb tafx…

    Importanti li nzommu l-perspettiva f’kollox u li nisimghu u naqraw niznuh b’mohh kritiku u naraw ghalfejn intqal jew inkiteb. Dan l-atteggjament mehtieg minn kull ricerkatur li jixtieq li shabu (waqt peer review) jihduh bis-serjeta, allura zgur li teknika tajba li nistghu nuzaw ahna b’kull informazzjoni li tigi ghal idejna.

    Like

  5. @ Reuben Scicluna: Jidher car kristall li int ma qrajtx sew jew ma fhimtx il-messagg tieghi: Int kont wisq impulsiv biex tiggudikani!!! Fil-messagg tieghi, ma ggeneralizzajtx: Jien m’ghedx li l-qassisin kollha huma hziena!! U bir-rispett kollu lejk, f’certa affarijiet jidher li kien hemm nuqqas serju ta’ qari fejn jidhol il-fenomenu ta’ certu membri tal-kleru li wettqu att ta’ pedofelija: Hu INACCETTABBLI U INSKUZABBLI li kazijiet bhal dawn jinhbew taht it-tapit!!! Filwaqt li kulhadd hu suggett ghall-izball u l-pedofelija ma gietx imwettqa mill-qassisn biss, wiehed ikun zbaljat jekk ma jirrealizzax l-attentati mill-Knisja li tghawweg u/jew tipprova tahbi l-fatti. Jien mhux qed nikkundanna s-suttana izda l-vilta’ li certu membri tal-kleru jahsbu li huma “above the law” u ma nammettux l-izball!!! Dak il-messagg li ridt inwassal, Reuben!!!

    Rigward il-gustizzja, huwa fatt li hemm bdifferenza kbira bejn gustizzja u tpattija. Pero’ Reuben, fil-kitba tieghek ma kienx hemm xejn fuq il-fehma tieghek meta persuna li wettaq reat ghandu jghaddiha franka minhabba semplici zball minuri fid-dettall ta’ fejn twettaq ir-reat!!!

    Finalment, Reuben, filwaqt li naqbel mieghek li ma jkunx hemm gustizzja jekk nimxu biss fuq l-emozzjonijiet, kemm gentilment infakkrek illi sabiex il-gustizzja tkun effettiva, din ma trid thares lejn wicc hadd u kulhadd jiehu dak li haqqu b’mod ugwali irrispettivament jekk persuna hix xi membru tal-kleru, jekk ghandiex xi fehma politika differenti ecc!!!

    Like

  6. @ Reuben Scicluna: …. U biex inkun oggettiv mieghek pero’, naqbel mal-fehma illi, fis-sistema kurrenti, meta persuna tigi kkundannata l-habs tiffaccja konsegwenzi ohra, specjalment l- istigma. U ghalhekk hu mportanti li l-piena ma tridx tkun biss bhala kastig izda sabiex tinghata l-opportunita’ permezz ta’ riabilitazzjoni sabiex persuna tkun tista’ taqleb il-folja u tghix ahjar. Min-naha l-ohra, izda, ma nistghux naffordjaw pastazati fejn persuna hatja ta’ reat tigi mehlusa minhabba zball klerikali fejn imbaghad jekk wiehed jidhol il-qorti ma jkollux ingravata fuqu jew jekk jigi kkunisdrat li mhux liebes dicenti jaqla’ multa: Dawn huma FATTI u mhux IMMAGINAZZJONI!!Il-gustizzja trid itkun ghal kulhadd u din irridu ndahhlu f’mohhna!

    Like

  7. bewsa ta guda ikolli nghid!!!
    gharukaza kbira li inghataw hames snin biss ghal li ghamlu!!
    prosit tal-blog

    Like

  8. Keep Giannella out of this sordid equation. She was just doing her job as a brilliant lawyer that she is. Everyone is allowed to be represented in court, even a filthy priest. Do not turn into another Daphne.

    Like

  9. it’s not the kiss that bothers me as, as you said there must be some kind of relationship now after so many years..what i find very hard to understand is how a mother (like gianella) can represent such people in court..i mean possibli??!!! flus biss naraw???? representing such dirt as these 2 priests???!!!! and what about the verdict??!!! shame…not even a year for each case…

    Like

    • they have a right to be defended clarette – innocent before proven guilty – Alla hares ma jkunx hekk….f’ certa sens nammira hafna lil Avukat Gianella li kellha l-kuragg tiehu over dan il-kaz

      Like

  10. yes and how..that is y we have lawyers..but you know….this thing of abusing children..esp priest it is unexaptable for me..just my opinion

    Like

  11. NISTQAR IL-VERITA ILHI NISTENA IL-GURNATA TASAL BIEX NISMA IS-SENTENZA , GHAX MINN JAFNI JAF LI JIEN GHANDI INTERESS F`DAN IL-KAZZ. MHUX GHAX KONT ABUZZAT MINN XI QASSIS IMMA GHAX JIEN BHAL DAWN SHABI LI GEW ABBUZZATI KONT FL-ISTESS DAR U ALLURA BLA DUBJU KONT FUQ XWIEK GHAL DIN SENTENZA ILHI 8 SNIN KWIET U MINN JAFNI MHUX FACLI LI NOQGHOD KWIET DAN IZ-ZMIEN KOLLU. ISSA NIGU GHAL ARGUMENT, JEIN NEMMEN LI MINN JIZBALJA IRRID IHALLAS GHAL GHMILHU U HEKK QALLET IL- QORTI. NIFHEMM UKOLL LIL SHABI LI GEW ABUZZATI U ANKE NASAL BIEX NIFEHMM L-OMOZZJONJIET TAGHHOM U ALLURA NISTQAR LI GHAMEL IL- PUNT TAJJEB IS-SUR SCICLUNA LI RIDDU NIFIRDU BEJN DAK LI HI GUSTIZZJA U TBATIJA. JIEN NIFHEMM LI SOCJETA IMMA HI TRIDD TIFHEMM UKOLL L-ARGUMENTI TIEGHI. EZ. ANDREW GAB IR-RITRATTI TA` POST FEJN SAR L-ABBUZ. HU QALL LI KIEN IMMUR MA GIZWITI U QALL FILWAQT LI KIEN IL-GENNA KIEN HEMM TFAL LI KIENU QED JIGU ABUZZATI.

    IRRID WIEHED JINOTA ANDREW LI F` DAN IL-POST KIEN L-ISTESS CARMELO PULIS LI KIEN JAGHMEL MINN KOLLOX BIEX TFAL BHAL IMCAHDA MILL-IMHABBA TA` GENITURI JIEHDU GOST F` SAjF , KIEN HU LI KIEN IGIEB SORJIET FRANGISKANI BIEX ISAJRULUNA WAQT IL-VAGANZI , KIEN HU LI GAB FAMILJA MATUL IZ-ZMIEN KOLLU BIEX JIEHDU HSIEBNA , KIEN HU LI ORGONAZZA SAFRA GHAT TFAL TA` SAN GUSEPP, KIEN HU LI KIEN IMMUR GHAND IL-BENFATTURI BIEX IL-HAJJA TAGHNA TKU AHJAR, KIEN HU LI GHAMEL MINN KOLLOX BIEX L-IKEL F` DAR TA` SAN GUZEPP IKUN DICCENTI , MINN GHANDU ZMIEN DAQSI JAF X` QED NGHID , DAK IZ-ZMIEN IL-FATHERS KIEN JIKLLU IKEL MOD U AHNA KONNA NIKLU IKEL IEHOR. KIEN CARMELO PULIS LI FIL- MILIED KIEN JAGHMEL MINN KOLLOX BIEX AHNA TFAL KONNA INGAWDU IL-FESTI, KIEN HU LI KIEN ISSIB FAMILJI BIEX JIEHDU TFAL LI KIEN JIPQAW L-ISTITUT GHAX IL-GENITURI TAGHHOM KIEN IWARBWHOM U JEKK NIPQA SEJJER MA NIQAFX,

    LE B` DAN KOLLHU MA RRIDZ NGHID LI CARMELO PULIS MA JRIIDX IHALLAS GHAL ZBALJI TIEGHU IMMA BHAL MA QALL IS-SUR SCICLUNA MA RRIDUX INHALLU L-OMMZJONJIET JGIRU BINA. ANDREW INT TAFNI U TAF LI QED NITKELLEM BIL- QALB. IVA HI HASRA LI DAN IL-POST SPICCA HEMM HEKK IMMA JIEN ZGUR ANZI GHANDI FIDI KBIRA LI GHAD HAWN NIES GHADHOM HAJJIN LI DAK LI QED NGHID HU VERITA.

    IL-BIERAH KIEN HEMM MIN SKANDALIZZA RUHU LI JIEN GHID LI PULIS GHAMEL GIED UKOLL. ISSA HA NIGI GHAL ARGUMENT IEHOR, JIEN DARBA GHID LI DAN IL-KAZZ BEDA FUQ SIEQ HAZINA GHALIEX ??????? GHAX JIEN NAF LI F` DAK L-ISTESS STITUT GHAD HEMM IT-TFAL U MEDIA GIET TITNEJEK MIENHOM. INFAKKAR LI META XI GENITUR JIZBALJA IL-QORTI TORDNA MA JISEMIEX MINN ABBUZA BIEX TIPROTEGI TFAL , F` DAN IL-KAZZ MHUX TALLI , LI GHALL ZMIEN TWIL IL-FACCAT TA` DAR SAN GUZEPP KIENET QIESA PAGE 3 TA` SUN. JIEN GHADNI NIRCIEVI EMAIL U KUMENTI SA ILLUM AHSEB U ARA DAWN IT-TFAL , AHSEB U ARA IS-SOCJETA MISSJUNARJA TA SAN PAWL ????????? LE IVVA IRRIDU NIFIRDU BEJN GUSTIZZJA U TBATIJA. ANDREW MA NIDEJJAQ XEJN NIDIDSKUNTI DAN IS-SUGETT WAQT LI MINN ZBALJA IRRID IHALLAS GHAL GHEMILHU. ILLUM NIQAF HAWN GHAX FADALI XI NGID U JITAMA LI JKUN HAWN NIES BHALEK , LOU BONDI JEW PEPPI LI JKOLLHOM IL-KURAGG LI NIDISKUTU DAK LI QED NGHID.

    GRAZZI TALLI SIBT IL-HIN BIEX TAQRA DAN KOLLU.

    DEJJEM TIEGHEK

    DOMINIC VELLA

    Like

  12. PEPPI ZQUR GHANDU IL-KURAGG LI JIDDISKUTI FUQ DAWN IT -TNEJN MINN NIES GHAX DAWN MHUX IL-MEPA.
    NIXTIEQ INKUN NAF X’INHU X- XOGHOL TA’ L-AVUKAT. IL- PASJONI MA TIGRIX BIJJA. QISNA VERGNI. GRAZZI ANDREW.

    Like

  13. Naccertak Saviour li mhux lest naghmel programm li jikkundanna lil dawn iz zewg persuni ghax la qatt kien u l-anqas qatt mhux se jkun l istil tat team ta xarabank. Anzi ahna dejjem zammejna il-poltika li nikkundanaw l azzjoni u mhux lil min jaghmilha.
    Dwar il-MEPA siehbi ghandek tkun taf li ghamilna diversi programmi dwar il-MEPA u bi hsiebna naghmlu izjed -il quddiem. Kellna Xarabank dwar il-MEPA li kien twaqqaf ghax fl istudio kellna l-bieb mhux skond kif jitolbu ir regolamenti tal-MEPA. Dak in nhar stess ma cedejniex u ghamilnih post iehor.
    Jekk tixtieq taqsam man-nies xi esperjenza li kellek int jew xi hadd qrib fil-MEPA ahna jkollna kull gimgha bla kantunieri li fiha NITTRATTAW DAK KOLLU LI JRIDU JGHIDU IN NIES
    Sahha siehbi
    Peppi

    Like

    • Peppi inti dejjem tghid li taghmel programmi ghan-nies u li jridu n-nies….issa n-nies irridu hekk…u inti u t-team tieghek helu helu jidher li ghandhom is-setgha jien x’ nara u allura jiddeciedu jiccensuraw….

      Nassigurak Saviour li jien ha naghmel programm fuq dan il-kaz;
      – hadux dak li haqqqhom,
      – min kellu responsabilita’ ghal dan kollu,
      – l-impatt li halla dan il-kaz fuq il-komunita’ taghna,
      – l-impatt fuq it-tfal li juzaw dawk is-servizzi llum,
      – fuq il-gurnalizmu u l-impatt ta’ dan il-kaz
      …..nahseb Lou hekk ghamel , ha posizzjoni cara u netta favur l-abbuzat u allura kontra l-perpetratur tal-azzjoni….mhux hekk? u jien qbilt mieghu

      Like

Many thanks for your comments...keep posting...