L-aqwa ghodda li dan il-Pajjiz ghandu huwa l-bniedem.
Jekk irridu socjeta’ li tkun attrezzata biex tilqa’ ghall-isfidi li kontinwament qed niffaccjaw u forsi ser isiru aktar difficli fiz-zmien li gej, allura verament irridu nissiehbu flimkien biex nassiguraw li t-tfal jkollhom il-hiliet necessarji.
Jien mhux qed nitkellem biss fuq il-
hiliet tal-kitba u tal-qari li jibqghu importanti hafna, imma qieghed nitkellem ukoll fuq il-pakkett ta’ valuri li qed naghtu lil dawn it-tfal, fuq il-formazzjoni tal-kuxjenza u l-moralita’, fuq l-abilita’ taghhom li jagharfu bejn it-tajjeb u l-hazin – ghax dak li jibqa’ fit-tfal, il-kumplament b’ xi mod jew iehor forsi jghaddu minghajru.
Irrid ukoll ninsisti u nappella biex kollha kemm ahna naghmlu minn kollox biex lit-tfal inkomplu naghtuhom vuci, nkomplu nsahhuhlom il-hiliet biex ikunu cittadini attivi, inkomplu nizirghu fihom l-imhabba ghall-gustizzja socjali, ghal gost u l-isbuhija li tghin u twiezen lil haddiehor imma ukoll li naghtu messagg li jikkonvinci li l-hajja sabiha, li its worth living, li forsi hemm ftit jew hafna toqol imma li d-destin jinstab f’ idejhom.
- It-tfal huma celebrazzjoni ta’ dak li ghandna nkunu ahna l-adulti;
- It-tfal huma persuni shah, b’ identita’ u karattru sabih wisq;
- It-tfal huma ghatxana biex jitkellmu, jissiehbu fid-dibattitu, jaghtu fehmthom;
- It-tfal mhumiex addenda, tizjin fil-hajja tal-komunita’ imma persuni li jafu xi jridu ghalihom innfushom.
U tafu x’ qed jghidulna?
- Qed jghidulna biex ahna nirrispettaw lil xulxin;
- Qed jghidulna biex nisimghuhom;
- Qed jghidulna biex inhalluhom jilghabu, jaghmlu l-arti;
- Qed jghidulna biex nghinuhom jiskopru t-tajjeb u aktar tajjeb go fihom;
- Qed jghidlulna biex nweznuhom meta jkunu ghaddejjin minn xi tbatija;
- Qed jghidulna biex naghtuhom l-attenzjoni, nghaddu hin maghhom u nisimghu l-avventuri taghhom;
- Qed jghidulna biex inhalluhom igawdu l-fantazija;
- Qed jghidulna biex nghtuhom l-ghodda halli jkunu krejattivi u innovattivi.
Ejjew nistaqsu veramanet lilna nfusna:
- Nemmnu fil-hiliet tat-tfal?
- Nemmnu verament li dawn t-tfal ghandhom kapacitajiet tal-ghageb?
Bhal missier u omm li jistghagbu u jifirhu meta l-ulied jaghmlu l-ewwel pass, pass qasir, pass zghir ta’ ftit sekondi, imma jkun ghalihom qishom qasmu minn Malta ghall-Ghawdex, u jifirihu u jcapcpu u jentuzjazmaw ruhhom…
Dak il-pass qed isir kuljum u ahna kuljum obbligati nifirhu li tghallmu u li kibru ftit iehor.
Il-politika tat-tfal li haddmu fuqha diversi nies, xprunata mill-Ministru Cristina u mill-Ministru Said u k-ko-ordinata minn Doriana Bezzina hija ghodda importanti biex nassiguraw ruhna li t-tfal ikollhom prezenza shiha.
Naqbel mieghek perfettament minghajr ma nnaqqas jew inzid xejn ma dak li ghidt int Andrew. Forsi ilni ma naqbel daqshekk ma dak kollu li tghid imma dan ta’ hawn fuq huwa importanti hafna jekk irridu li d-dinja tkompli. Sfortunatament hafna drabi ghalkemm il-finijiet ta’ l-adulti jkunu b’intenzjoni verament tajba, il-modi li nuzaw mat-tfal ma jkunux vera qed iwasslu ghas-sbuhija ta’ li semmejt hawn fuq. Imma min hu bla htija u perfett f’dak li jaghmel? Jien ghalliem tad-Drama u din is-sbuhija fit-tfal naraha kontinwament fil-kreattivita’ taghhom waqt ix-xoghol li nahdem maghhom. It-tfal wahedhom (minghajr il-genituri maghhom) huma differenti milli meta jkunu mal-genituri. It-tfal jirragunaw, lesti jilqghu kritika u anke jesprimu ruhhom tajjeb fejn forsi ma jifhmux jew jindunaw li ghandhom misconceptions. It-tfal wahedhom fil-klassi kapaci jaqtghu bi snienhom, jaqghu u jergghu iqumu u jkomplu mexjin mibdulin. Imma meta jkunu mal-genituri jergghu jigu tfal li jiddependu ghal kollox fuq l-adulti. Sabih li lit-tfal naghtuhom ic-cans li jkunu huma u jesprimu dak li ghandhom fihom, imma ahna bhala adulti xi drabi naraw li hemm ukoll ikrah fit-tfal li rridu nongruh u nizbruh. Irridu nkunu adulti responsabbli mhux biss biex naghtu cans lit-tfal imma li dan nibbilancjawh u ma nibzghux nozbru, nongru u nincanaw b’imhabba kbira, bl-inqas ugigh u b’hafna resposabilta’. Mhux bilanc facli, imma hafna drabi jirnexxilna nsibuh!
LikeLike
Pingback: Irridu nkunu adulti responsabbli | Andrew Azzopardi | 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)