Id-diżabilità – settur fix-xifer?

Andrew Azzopardi, lekċerer fl-università u awtur ta’ studji dwar il-ħtiġiet tal-persuni b’diżabilità ddikjara, f’opinjoni għat-TORĊA, li qatt daqs illum l-aġenda tad-diżabilità ma kienet relegata ’l isfel. “Jien segwejt ħafna l-iżvilupp mit-tmenijiet ’l hawn. Kont involut bħala voluntier, professjonist, tajt servizz ta’ care, social worker u issa akkademiku… Però qatt daqs bħalissa ma rajt l-aġenda tad-diżabilità tkun relegata ’l isfel,” jikteb Andrew Azzopardi f’paġna 29. Fil-kitba tiegħu Azzopardi jiffoka dwar il-miżuri immedjati li hemm bżonn jittieħdu biex il-ħajja taċ-ċittadini b’diżabilità titjieb u jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li dan is-settur huwa wieħed “sparpaljat.”