“L-iktar haga li hija tal-misthija f’pajjizna, fl-opinjoni tieghi, hija l-ghajnuna li l-istat Malti qed jghati lill-Knisja Maltija.” – Il-Paladin

Il-Paladin jghid: “Meta wiehed jara l-ahhar budgets ippresentati minn din l-amministrazzjoni (jew il-gvern tal-gurnata), dan jara li filwaqt li l-ispiza kapitali fl-edukazzjoni dejjem qeghda tonqos (sa dil-gimgha stess smajna li l-gvern ikkorega l-infiq tieghu fl-edukazzjoni f’pajjizna billi NAQQAS 700,000 ewro ohra mill-istess nefqa stipulata), min-naha l-ohra, in-nefqa tal-gvern fl-ahhar budget, f’dik li hija ghanuna lill-knisja, zdiedet b’miljun ewro , u sahansitra lahqet is-somma ta 45 MILJUN ewro. Fl-ahhar budget, il-gvern zied l-ghajnuna lill-knisja biex din issa sahansitra toffri councelling lill-istudenti fl-iskejjel tal-knisja. Tistaqsuni x’hemm hazin f’dan ?”

Dr Frank Portelli f’ intervista ma’ Andrew Azzopardi fis-SERJE | ‘Time To Answer’

Dr Frank Portelli jghid; “F’dawn il-ftit xhur li fadal irid bla biza ta’ xejn jagixxi ta’ Prim Ministru b’ sahhtu kollha. Jisma’ lil kulhadd, jiddeciedi, imma darba jiddeciedi ma jhalli lil hadd joqghod jitnikker biex jigu esegwiti d- decizjonijiet li jittiehdu. ‘Procrastination is the Thief of Time’. Hekk biss jista’ jirbah, billi ma jhallix min jaghmel ostaklu ghad-decizjoinijiet li jkun ha hu bhala Prim Ministru. L-alternattiva hi, li l-istorja tirrepeti ruhha, bhalma gara fil-kas ta’ Alfred Sant. Hasra.”

Perit Michael Falzon f’ intervista ma’ Andrew Azzopardi fis-SERJE | ‘Time To Answer’

Il-Perit Michael Falzon jghid; “Ma kien hemm ebda fenomenu simili fi hdan il-PN. La Borg Olivier u lanqas Fenech Adami qatt ma approvaw (direttament jew indirettament) l-uzu tal-vjolenza, minkejja li fil-PN kien hemm min jghid li minghajr vjolenza ma konniex se naslu. Jista jkun li kien hemm xi wahdiet li ghamlu reazzjoni ghall-vjolenza tal-MLP, pero dawn kienu ftit wahdiet u zgur mhux orkestrati kif kienu dawk Mintoffjani.”