“Ghalissa, nitolbu li ruh Mintoff tistrieh fis-sliem, dak is-sliem li ghal hafna minna l-memorja ta’ Mintoff ma tnissilx.” – L-Avukat Edric Micallef Figallo

Dr Edric Micallef Figallo jghid; “Ma ninsghux li f’Malta tal-lum imhallfin imparzjali fir-rispett ta’ Mintoff m’hawn kwazi hadd. L-attakki kontra l-memorja ta’ Mintoff, misthoqqa jew mhux, ghalija zgur m’ghandhomx posthom fi zmien meta l-mejjet ghadu ‘qas indifen. Il-mibeghda mhix f’postha qatt imbaghad, anke kontra dawk li kapaci jgibuha fuqhom.”

Hon Dr Alfred Sant, MP, PL f’ intervista ma’ Andrew Azzopardi fis-SERJE | ‘Time To Answer’

Dr Alfred Sant jghid; “Taħt gvernijiet Nazzjonalisti, is-soċjetà Maltija tħalliet tiżviluppa wisq fuq mudell ta’ konsum qawwi u ta’ investiment relattivament baxx. Fiċ-ċirkostanzi li qed jinħolqu internazzjonalment, ir-riskju se jkun li nibqgħu naqgħu lura fil-kompetittività, hekk li ma nkunux nistgħu nlaħħqu mal-aspirazzjonijiet u l-ħteġiet materjali u soċjali tal-poplu.”

Ministru Chris Said, f’ intervista ma’ Andrew Azzopardi fis-SERJE | ‘Time To Answer’ [L-Ewwel Parti]

Il-Ministru Chris Said jghid; “L-Embryo Protection Bill ma hux diskriminatorju fil-konfront ta’ gays. Dan għaliex permezz tal-liġi qed nipprojbixxu d-donazzjoni taċ-ċelloli, (l-isperma u/jew il-bajda) fil-każijiet kollha – kemm fil-każijiet ta’ koppji eterosesswali kif ukoll fil-każijiet ta’ koppji omosesswali. Mela żgur li din il-liġi m’hijiex diskriminatorja a bażi ta’ orjentazzjoni sesswali.”