‘L-opinjonisti jaqblu li għandha tissejjaħ elezzjoni’ L-Orrizont

Lino Spiteri – Ekonomista
L-ekonomista, Lino Spiteri qalilna li “l-Prim Ministru żgur li għandu jsejjaħ vot ta’ fiduċja fiċ-ċirkostanzi għax dan għamlu hu stess meta sej­jaħ vot ta’ fiduċja wara d-dibattitu fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar il-Minist­ru Austin Gatt.
Jekk ma jsejjaħx vot ta’ fiduċja l-Gvern, l-Oppo­żizzjoni trid tqis x’tagħmel li mhux bilfors issejjaħ vot ta’ sfiduċja hi, imma trid tara x’jaqbel kemm fl-interess tal-pajjiż u fl-interess tagħ- ha.
“Is-sitwazzjoni mhix tajba għalkemm ma ngħidx li hija kriżi politika fis-sens assolut. Hija sitwazzjoni li trid tiġi megħluba imma jekk titwal issir kriżi.