Home

Jien irrid nistqarr li xbajt nisma’ fuq dan il-kaz, anzi dawn il-kazijiet.  Xbajt nisma’ dawn il-vittmi jitkarbu.  Ma rridtx naghmel xi argument  simplistiku imma ma jahsibx kulhadd li dawn il-vittmi saru zugraga gejjin u sejrin ‘l hawn u ‘l hemm?  Ma wasalx iz-zmien illi jaraw it-tmiem f’ dan il-process u ma jkomplux jikxfu ghajnhom dawn il-povri erwiegh?

Jien nifhem li l-Arcisqof irid ikun kawt, imma nifhem ukoll li l-Knisja trid tpatti ta’ dnubietha.

Milux kelli konversazzjoni interessanti mal-Arcisqof waqt il-programm ‘Ghandi x’ Nghid‘ u meta staqsejt lil Arcisqof ‘x’ ghamlet il-Knisja ghall-immigranti irregolari?’ bl-aktar mod lucidu qalli, ‘ara ftit he ix-xoghol tal-JRS u tal-Caritas’.  Kellu ragun.  Ghax il-Knisja hija kollox, kulhadd, l-ghaqdiet, is-socjetajiet kollha, inti u jien li nqisu ruhna Kattolici ,ghax kif jghidu one for all and all for one!

Issa f’ daqqa wahda donnu l-Knisja qed tilghab il-karta li dak li sehh qisu sehh mill-MSSP.   Zbaljati.  Dan sehh mill-Knisja.  Sehh sa certu punt minn kull wiehed minna li jghidu li huma Kattolici.  Jien, inti, ahna, kollha kemm ahna, ghandna ftit jew wisq htija.

Jekk jien nahdem m’ azjenda u nwegga’ gravi, jew jekk jien inkun qed naqsam  it-triq u ttajjarni karozza u nwegga’ gravi, jien mhux nitlob kumpens irrid ghat-traskuragni ta’ haddiehor?

Jien dejjem tghallimt fil-katekizmu li l-fatt li titlob mahfra mhux bizzejjed – trid anke temenda dik l-imgieba b’ azzjoni.

Jien kelli u ghad ghandi fiducja f’ dan l-Arcisqof.  L-inkwiet tieghi huwa jekk id-decizjonijet hux qed jehodhom hu.  It-tibdil fil-posizzjoni li rajt dan l-ahhar fuq dan il-kaz iwerwirni.

Id-decizjonijet qed ikunu ispirati minn dixxerniment, mit-talb, mill-evidenza, mix-xhieda jew min xi ragunijiet ohra?

Dawn in-nies li sfaw abbuzati issa ghamilnihom Cirku.  Ejjew nghinuhom jghalqu dan il-kapitlu f’ hajjithom.  Iva, ghandhom dritt ghal kumpens.  Iva, ghandhom dritt jitolbu lura dak li ttiehed lilhom li m’ghandux prezz imma l-kumpens huwa simbolu rejali ta’ Knisja li rrejalizzat li ghamlet zball.

Issa jekk irridu nkomplu nduru mal-lewza ser naslu biex din il-Knisja ha nahmluha cippitatu.  Jekk irridu l-Knisja li kont nohlom ta’ Patri Pawlu Cremona OP allura nara tmiem fil-qrib, cioe’ rikonciljazzjoni mal-kuxjenza – hu x’ inhu l-prezz li hemm bzonn jithallas.

Tghid min ha jirbah, is-suppervja li mhiex minn Alla jew l-indiema li hija fost l-akbar valur?

Arcisqof Cremona, iva, dawn in-nies sfaw vittmi t’ abbuz.  Iva, dawn in-nies fottewlhom hajjithom religjuzi li kellhom rwol jipprotegu lil dawk it-tfal. Iva, dawn in-nies jisthoqqilhom kumpens. Ejjew ma nilghabux il-loghba tal-Knisja hin u l-loghba tal-ligi civili hin iehor.  Jekk taghmlu hekk ‘ghandna’ dnub iehor x’ ingorru.

Aqra wkoll: A Cul De Sac For Our Children?

https://andrewazzopardi.wordpress.com/

8 thoughts on “L-Arcisqof u l-Abbuzati

  1. Jien ma nistax ifhem ghala dawn il-vittmi issa jridu kumpens finanzjarju. Ejja nghidu jirbhu somma ta’ flus esagerata – kif gara fl-Irlanda u f’diversi nhawi fl-Amerka ta’ Fuq. Il-hsara li garrbu dawn in-nies mhux se tissewwa bil-flus.

    Biex inkompli fuq l-ezempju li gibt int … jekk ittajrek karozza u tispicca go ‘wheelchair’ liema ammont ta’ flus se jerga’ jgibek timxi? U terga’ l-kaz ta’ dawn aghar. Ghax dawn il-hsara mhix fizika. Psikologika. X’se jaghmlu bil-flus li jirbhu kieku?

    Jien ma nistax nifhem fejn qed jipprivaw jaslu. Iridu jweggghu ‘il-Knisja forsi, b’mod li kieku jweggghu huma? Jidhirli li Lao Tse kien kiteb li biex tara minn xiex jibza’ l-ghadu tieghek, ara biex jipprova jbezzghek hu.

    Veru li kien id-dmir tal-Knisja li thares lil dawn it-tfal – daqs kemm kien dmir tal-genituri taghhom, ha nkunu ghidna kollox.

    Jien kont nifhimhom meta kienu qishom qed ifittxu li jitwemmnu li l-abbuz li sofrew kien ta’ veru, mhux f’mohhhom biss, u li issa kulhadd jaf bil-grajja taghhom nahseb li iktar f’lokha jaslu ghal xi tip ta’ closure – kif jghidulu.

    Iktar jaghmel sens xi tip ta’ fejqan psikologiku jew forsi anki psikjatriku – ma nifhimx wisq liema japplika u meta. Ma nafx il-Knisja offietx thallas ghal xi haga hekk. Imma dawn in-nies se jaccettaw “voucher” li jissarraf biss ghand psikologu jew psikjatra?

    Ejja ma nghaddux iz-zmien bina nfusna.

    Like

  2. basta hafna laqghat ma l abuzati biex il knisja qeda tizloq bil pulit bhal xahmet l art!!! kif jistu iz zagzagh ilum jersqu lejn il knisja meta il punt ta riferiment taghhom qed jahrab milli ifejaq feriti ta umani li ilhom imweggajn snien u li hsara saret min membri tal kleru taghhom! mhux accetabli.

    Like

  3. bhal kulhadd kont qed nistena l-ezitu ta` decisjoni ta` arcisqof cremona. decisjonili ma nizlet xejn tajjeb ma poplu. jien ghandi l-opinjoni tieghi, imma meta qrajt dak li kieteb dun rane camilleri f’ times ta` bierah ( 24.09.11 ) allura jkolli nghid li naqbel mieghu. metya bdew dawnm il-laqghat ma l-arcisqof inatat l-impressjoni li knisja se tati xi kumpens , imma fl-ahhar bhal ma nghidu bil-malti il-knisja besqet mis-sunara. ma qbieltx xejn ma din it-tama zejda. dun rane ikompli li kiku il-knisja tat xi kumpens il-bieb ma kien jinalaq qatt u allura issa se naghmlu se nkomplu naqdu u nduru ma lewza,hawn minn jargumenta li issa ghamlu sew ghax se jifthu kawza il-qorti ghal kumpens . fuq dan il-kaz jien dejjem ikundanajt u ghid li tridd issir gustizzja , iva anke ma minn qed ibaghti.

    Like

  4. Naqbel hafna ma’ l-argumenti ta’ Andrew. Fl-opinjoni tieghi d-decizjoni tal-Knisja li ma terfghax ir-responsabilta morali tal-abbuz sesswali li sehh minn membri taghha stess fuq subien f’istituti mmexxija minnha stess hija wahda tal-misthija. Bla sens.

    Tal-misthija… ghal min ha din id-decizjoni jigifieri l-Arcisqof stess kif wkoll minn tah dan il-parir (l-Avukat,/i)…..
    Haqqu premju tal-hmir minn ta’ dan il-parir lil Arcisqof. Fl-opinjoni tieghi hi decizjoni li ha tkompli tbieghed numru li dejjem qed jikber ta’ Kattolici li ma ghadhomx jipprattikaw ir-religjon taghhom mill-knisja. Il-Knisja tidher li hi maqtugha mir-realta tal-lum.

    Ejja naraw x’gara f’pajjizi ohrajn bhal Irlanda u l-Amerika fejn il-Knisja Kattolika kellha thallas il-belli liri. Il-Knisja Kattolika f’Malta ghandha hafna x’titghallem kif ghandhom isiru l-affarijiet f’dawn il-kazijet

    Jiddispjacini li l-argument ta’ Reuben hu bazwi mill-bidu sal-ahhar.
    Ghaliex il-vittmi issa jridu kumpens finanzjarju.?
    1) Biex juri li membri tal-Knisja kienu hatja ta’ ghemilhom u mhux jehilsuha hafif qisu qatt ma gara xejn.
    3) Biex jibnu hajjithom mill-gdid. Uhud minnhom ma kellhomx il-lussu li jircievu l-aqwa edukazzjoni b’konsegwenza ta’ hekk ma kellhomx access ghal biebin miftuha u opportunijiet li zghazagh tal-eta taghhom kellhom.

    Jekk ittajjrek karozza u titlob kumpens finanzjarju, l-ebda ammont ma hu ser igaghlek timxi mill-gdid imma ghallinqas ikollok flus bizzejjed biex tixtri siggu tar-roti komdu, tibdel id-dar tieghek b’tali mod li tkun tista’ tghix komdu fiha bid-dizabilta’ gdida tieghek. Bla flus la tghannqas u lanqas tbus.

    Bil-fejqan psikologiku biss ma nieklux. Il-futur ta’ whud minn dawn iz-zghazagh gie mhassar darba ghal dejjem.

    Ejja ma ngibux skuzi banali bhal li l-Knisja ma’ ghandix flus.
    Kif il-Knisja Kattolika f’Malta sabet il-flus biex issostni l-kampanja kontra divrozju f’Malta hekk wkoll trid issib il-mezzi biex issostni lil dawn uliedha li gew abbuzati bl-aktar mod viljakk minn rghajja li ma jixirqilhomx jissejhu ulied il-Knsija. Jekk hemm bzonn ejja nbieghu d-dehebijiet u l-fided, l-arti sagri u rikezzi kollha li jinsabu fil-knejjes. Jekk hemm bzonn ejja nhottu l-knejjes tal-gebel biex nibnu l-knejjes tal-laham.

    Like

  5. Ma nistax naqbel illi l-Knisja ma tghinx lil dawn in-nies. Jekk ghandhom bzonn il-flus, tara anki dak il-bzonn ukoll. Peress li l-Knisja hi ahna ilkoll li nemmnu, dak li ghandhom bzonn tingabar mill-fidili kollha.

    Hekk jigri meta l-Istat jaghti kumpens lil xi hadd wara xi abbuz – jsir mit-taxxi taghna fl-ahhar mill-ahhar.

    Like

  6. Pingback: Bondi 10+ | Andrew Azzopardi 'Ghandi x' Nghid' (I have something to say)

  7. Jien niftakar li l-vittmi ta’ dan il-kaz kienu qalu, anzi halfu, li huma ma riedux kumpens finanzjarju. Kemm-il darba qaluha fuq programmi, fil-publiku.

    Dak li qed johrog dan l-ahhar jiem mir-relazzjonijiet ta’ PR bejn is-sur Bondi’ u s-sur Grech u l-grupp ta’ vittmi, qed jikkonvincini dejjem iktar li l-unika u vera raguni wara dan il-kaz ma kinitx biss ‘closure’ u ‘gustizzja’ imma affarijiet ohra.

    Jien nissuspetta iktar li l-Knisja – l-Arcisqof – ghandu certi ragunijiet li ma jistax jaghti, ghaliex iddecieda li ma jaghtix flus bhala tpattija.

    Ma rridux ninsew ukoll – ghax hafna joqghodu jghidu kemm hi sinjura l-Knisja – li jekk l-Arcisqof jiddeciedi li ghandu jkun hemm kumpens finanzjarju, dawn il-flus iridu johorgu minn bagit iehor: dan il-bagit iehor jista’ jkun il-bagit ghad-djar tal-Orfni, jew id-djar tal-Anzjani. Tghidli, mhux qed idahhlu certu finanzjament minn dawn l-entitajiet? Huh!

    Jien, taf x’nixtieq? Ftit affarijiet:
    1. li ta’ kull sena johorgu balance-sheets ghal kull entita’, ghal kull istituzzjoni, u mhux gruppi, halli naraw verament kif inhi s-sitwazzjoni;
    2. li okkazjonalment jigu pubblikati ritratti u videos tal-ambjent privat u personali li jghixu fih il-patrijiet, is-sorijiet u s-sacerdoti Maltin u Ghawdxin;
    3. li ninghataw informazzjoni kemm religjuz/a jkollhom flus biex jiddisponu minnhom personalment fix-xahar.

    U jien nahseb li b’dan kollu inkunu qedin naraw l-istampa vera. Dawk li qed jaqraw din il-bicca u ma ghandhomx membri tal-familja li huma religjuzi, ma jafux x’jiena nghid.

    Dwar min hu responsabbli jew le, jien nahseb li sahansitra l-Istat, allura, ghandu parti mill-piz x’jerfa’! Din li l-Istat dejjem serrah fuq il-Knisja f’Malta ghal kull qarn li jinqala’, hija tal-misthija!

    Like

    • dan il-kaz se ijpqa fuq l-agenda , 1 ghax ghad fadal l-appel u 2. ghax f` dan il-kazz nahseb li hemm agenda differenti. ta` spiss nisiemu b`kazzjiet ta` abbuzz fuq tfal , qad smajtu li li minn abbuzza ta xi kumpens ?? allura ghaliex il-knisja iva u lajk le?? ghalhekk ghid ghad hemm agendi differeneti.

      Like

Many thanks for your comments...keep posting...